More Limericks

5 12 2008
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Kien wieħed li għax il-ħabs qatt ma mar
Kien jaħsbu lukanda five star
Iżda meta Kordin
Spiċċa ħuħ għal sitt snin
Beda jgħid li bħall-ħabs ma hawnx agħar.

_________________________________

Kien hemm Għarbi miexi fi-triq
Ma martu viċin Wied Għammieq
Għadda razzista
Nisrani u faxxista
U qabad jagħtihom bis-sieq.

__________________________

Kien hemm wiehed kunjomu Axisa
Li għax darba tagħtu għatisa
Mar jiġri l-isptar
U hemm żball kbir sar
Għax qatgħulu il-bajd u il-pesisa.

______________________________

Lukanda famuża mill-kbar
Tiftaħar li hija five star
Fil-kċina hemm l-għajnuna
Ta tletin persuna
U magħhom xi ħmistas il-far.



Limericks

3 12 2008
1 Star2 Stars3 Stars4 Stars5 Stars (No Ratings Yet)
Loading ... Loading ...

Kien hemm waħda tgħix il-Bidnija
kella wiċċa ta’ waħda faqmija.
Kella ilsiena bla-brake
kienet veru tan-nejk
u kullħadd kien jgħidila poxtija.

 

Wieħed Għaxqi jismu Sansun
Il-Madonna iħobb bħall miġnun
Biex juri li sod
U kemm hu devot
Lil- Ġużeppi huwa juri il-qrun.

 

Waqt li kien qed jisraq għand Ġanni
Ġuże ħabat rasu mal-kanni
Il-Qorti ordnat
Permezz ta mandatt
Li Ġuże għandu jieħu tad-danni.

 

Jekk xi darba immur passiġġata
Sal-Birgu ix-xatt xi ġurnata
Għal li jista ikun
Taħsbu faċli li tkun
Illi insib nixtri tazza ruġġata?