More Limericks
5 12 2008Kien wieħed li għax il-ħabs qatt ma mar
Kien jaħsbu lukanda five star
Iżda meta Kordin
Spiċċa ħuħ għal sitt snin
Beda jgħid li bħall-ħabs ma hawnx agħar.
_________________________________
Kien hemm Għarbi miexi fi-triq
Ma martu viċin Wied Għammieq
Għadda razzista
Nisrani u faxxista
U qabad jagħtihom bis-sieq.
__________________________
Kien hemm wiehed kunjomu Axisa
Li għax darba tagħtu għatisa
Mar jiġri l-isptar
U hemm żball kbir sar
Għax qatgħulu il-bajd u il-pesisa.
______________________________
Lukanda famuża mill-kbar
Tiftaħar li hija five star
Fil-kċina hemm l-għajnuna
Ta tletin persuna
U magħhom xi ħmistas il-far.
